All About The Locality

Postijiet ta’ Rikrejazzjoni:

Insibu n-naha tal-Maghluq hemm il-Bandli, Triq il-Kavallerizza hemm zewg attivitajiet, wiehed tal-Football u l-iehor tal-Bocci.  Fejn qabel kienu jghidulu l-Banju tas-Sinjuri illum insibu il-Pitch tal-Waterpolo u n-naha ta’  Triq Barthelemy hemm gnien sabieh.

Wiehed jista’ jgawdi ukoll min passiggata max-xatt kollu jew n-naha ta’ fuq jista’ jkompli miexi ghal Dellimara:

Fis-Sajf  tara hafna nies li jigu jghumu n-naha tal-Ponta,
l-Ghar l-Ahmar u hdejn il-Maghluq.  Hemm ukoll St Peter’s Pool , Ras il-Fenek, Il-Kalanka, Il-Hofra iz-Zghira u l-Kbira.  Dawn jinsabu Dellimara.

 

Residenzjali:

Is-settur Residenzjali ta’ Marsaxlokk qieghed ta’ kuljum jikber.  Il-popolazzjoni sa llum tlahhaq ghal madwar 3062 ruh.  Ghal kemm f’din il-lokalita inbnew hafna djar u vilel godda,  xorta n-naha tal-bahar ghadek issib residenti li joqoghdu f’dawk id-dajr antiki li huma mizmuma tant tajjeb.

 

Is-Settur Turistiku:

Is-Settur Turistiku huwa ta’ mportanza kbira ghal-Marsaxlokk.  Dan ikun ta’ Kummerc kbir ghal Bejjiegha tas-Souvenirs u anki ghar-Restoranti.  Ta’ kuljum naraw turisti jqattghu ftit tal-mistrieh taghhom fuq xi mejda jieklu xi haga jew jixorbu.  F’Marsaxlokk ghandna wkoll Lukanda.

 

IL-BIDU TA’ MARSAXLOKK

Fi zmien l’invazzjoni tat-Torok meta dan il-gens kien xehet ghajnejh fuq Malta bil-hsieb li jeqred lill-Ordni Gerosolmitan minn wicc id-dinja, tista’ tghid li hadd ma kien jissogra jersaq lejn Marsaxlokk, it-Torok kienu spiss jinzlu hemm biex imbaghad jerhulha lejn iz-Zejtun, u jaghmlu herba minn dak ir-rahal.  Bla difiza u miftuh ghall kull hbit, dan ir-rahal baqa’ ma tghammarx, ghalhekk ma nsibulu ebda popolazzjoni tieghu.  In-nies kienet toqghod fiz-Zejtun u ma tissograx tersaq ‘il hinn ghax tigi mehuda lsira lejn Barbarija jew
Kostantinopli.

 

POPOLAZZJONI

L-ewwel popolazzjoni li nsibu li kienet tghammar f’dan ir-rahal marittmu kien fl-1890.  F’din is-sena nsibu li bl-irziezet b’kollox kien hemm hamsin dar b’popolazzjoni ta’ 210.  Kien ghadd zghir tabilhaqq meta tqis li f’dan iz-zmien t-Torok mhux talli kienu nsewna, izda li nqerditilhom l-arja li kellhom darba ghal dejjem.  Il-popolazzjoni ta’ Marsaxlokk skond ic-censiment ta’ l-1961 lahqet is-778 ruh.  Sa  s-sena 1999 il-popolazzjoni telghet ghal 3062.

L-ARMA TA’ MARSAXLOKK

L-Arma ta’ dan ir-rahal hi salib ikhal ta’ Sant’ Andrija fuq kamp fidda.  Il-motto tieghu hu Portus Herculis – (Dahlet Melqart), ghaliex din il-bajja kienu jghidulha l-Port Erkole.  Huwa jinsab boghod mill-Belt 11.00Km.

 

KIF BEDA ISMU

Hawn ma sibniex problemi biex infissru minn fejn seta’ nholoq isem dan ir-rahal ghaliex wahdu jurik.  L-isem ta’ Marsaxlokk jinqasam fi tnejn u dan jigi Marsa-xlokk.  Marsa tfisser port ghalhekk Marsa-xlokk bla dubju tfisser Port ghax-xlokk u fil-fatt dan il-port jinsab ihares lejn ix-Xlokk.

Fil-bidu dan ir-rahal kien mizmum bhala lok ghall-villeggjatura u ghadd kbir ta’ nies mill-ibliet u rhula fil-boghod kienu jmorru hemm iqattghulek it-tliet xhur tas-sajf fil-hena qrib il-bahar kahlani u l-arja pura tal-kampanja.

Minn wara l-gwerra ‘l hawn din id-drawwa tista’ tghid inqatghet ghaliex kemm minhabba n-nuqqas tad-djar kif ukoll  billi m’ghadux dak ir-rahal imbieghed u maqtugh ghalih wahdu, n-nies bdiet tghammar fih ghal kollox, u hekk bil-mod il-mod beda jikber gmielu.  U meta rahal jibda jiehu dik il-popolarita li n-nies joqoghdu fih ghal kollox, ikun miexi lejn il-progress biex hekk jilhaq mat-tellieqa bla hniena li bhalissa qieghda ghaddejja minnha  Malta kollha.

 

IL-MADONNA TA’ POMPEI

Sa mill-1436, dan ir-rahal kien jaghmel sehem mill-Parrocca – Matrici ta’ Santa Katarina taz-Zejtun.  F’ dan iz-zmien nistghu nghidu li ma kienux joqghodu nies f’Marsaxlokk minhabba l-biza’ tat-Torok, izda meta dawn bdew jitbieghdu xi ftit, dehru ‘l hawn u ‘l hinn xi ftit familji jwaqqfu l-irziezet hemm.  Ghalhekk  inbnew xi knejjes sabiex jiehdu hsieb ruh il-parruccani taghhom u minn ta’ l-ewwel kienu dawk tas-Silg u ta’ San Nikola li t-tnejn saru madwar l-1650.

Fis-seklu tmintax Marsaxlokk kien imghammar sewwa bin-nies u l-Isqof Pace b’digriet tas-27 ta’ Settembru, 1890 baghat Vicendarju inthaseb biex itellghu knisja gdida li kellha tkun
taht it-titlu tal-Madonna tal-Karmnu msejha minn x’ uhud bhala ta’ Pompei (skond ix-xewqa ta’ l-Isqof) u li tkun tesa’ l-poplu kollu kif ukoll dawk li jinzlu fis-sajf.
Fis-7 ta’ Dicembru 1890 tqieghdet l-ewwel gebla tal-Knisja.

B’petizzjoni li ghamlu n-nies tal-lok lill-Isqof, Mons. Pietru Pace waqqaf din il-knisja  parrocca fis-27 ta’ Frar 1897 u ghamel bhala Vigarju Kurat tal-Parrocca l-gdida lil Dun Salv delia, li wara sar Kappillan.

Wara bilkemm sentejn xoghol, il-knisja Parrokkjali kienet lesta fl-1892 fuq il-pjanta ta’ l-Arkitett Dun Guzepp Diacono (il-kappillan tal-Qala, Ghawdex).

Fl-1910 il-Kappillan Busuttil zied il-kor u z-zewg kappelluni ta’ fuq.  Izda l-faccata u l-kursija milli jidher xejn ma kienu ghal qalb il-Kappillan Dun Salv Gatt billi habrek kemm felah sabiex ibiddilhom fuq il-pjanta li ghamillu l-Perit Guze’ Bellia.

Il-knisja ghandha ghamla ta’ salib b’koppla u zewg kampnari.  Fiha seba’ altari.  Il-kobor taghha hu ta’ 118-il pied tul, 87 wisgha mill-kappelluni u 18-il pied fil-kursija.

Wahda mill-akbar benefatturi ta’ din il-knisja kienet il-markiza Roza Apap Testaferrata li harget nofs l-ispejjez sabiex tinbena l-kursija.  Insemmu wkoll il-familja Nobbli Zammit Gauci minn Haz-Zebbug li tat l-art b’xejn ghall-bini taghha kif ukoll il-koperazzjoni tal-poplu.

Dun Salv Gatt kien bena wkoll il-koppla.  Il-qanpiena l-kbira nxtrat mill-knisja ta’ San Duminku tal-Belt.  L-orgni l-gdid intuza fl-1954 u sewa Lm1,200.00 u sar il-Germanja.  Ighidu li l-qadim kien insteraq.

Il-kwadru titulari hu xoghol tad-dilettant Markiz Peppinu Testaferrata.  Il-laterali tal-kor hadmu Guzeppi Caruana.  Il-kwadru ta’ San Guzepp pingih Guzeppi Bonnici.  Il-kwadru ta’ San Pawl pingih P.P. Caruana.  Guzeppi Cali’ pinga l-kwadru ta’ San Duminku fl-1913.  Fl-1893 Guzeppi Bonnici pinga lil Sant’ Andrija.  Santa Tereza pingiha G. Mifsud fl-1933 u Lazzru Pisani fl-1932 pinga l-Martirju ta’ Santa Katerina.  Ramiro Cali’ pinga dak ta’ Santa Margerita fl-1934 u Rafel Bonnici Cali’ pinga t-Trasfigurazzjoni.  Fil-koppla nsibu siltiet mill-hajja tal-Madonna li tpingew minn Toussant Busuttil.

L-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju ngiebet mill-Italja –Lecce – mill-Kappillan Dun Salv Delia.  L-istatwa ta’ San Guzepp hadimha Wistin Camilleri, l-Ghawdxi li hadem ukoll dik ta’ Sant’ Andrija.  Santa Rita ngiebet minn Bolzano, l-Italja.

 

KAPPELLI U KNEJJES F’MARSAXLOKK

 

SAN NIKOLA

Il-Kappella ta’ San Nikola giet mibnija mill-gdid mis-Sur Gann Frangisk Gauci madwar l-1650 u hi guspatronat.

 

IL-MADONNA TAS-SILG U L-KUNVENT

Il-knisja tas-Silg, li tinsab fuq ir-rih ta’ Marsaxlokk u li issa jaghmlu minnha l-Patrijiet Karmelitani Skalzi, giet mibnija fl-1833 flok dik li kien hemm mibnija ghall-habta tal-1650 li kien bena Gio Frangisku Gauci.

Din il-knisja kienet l-aktar uzata mill-gabillotti u s-sajjieda ta’ dawk l-inhawi.

Hija nbniet kif inhi llum mill-Markiza Angiolina Muscat Cassia Dorell fuq il-pjanta ta’ Frangisku Fabri mill-Birgu.

Fl-atti tan-Nutar Massimiliano Troisi Murville tal-25 ta’ Settembru, 1834, il-Markiza fit-testment taghha halliet xi pizijiet u drittijiet lil dak is-Sacerdot li jkun jixtieq jiehu taht idejh din il-knisja bil-Palazz li hemm maghha u xi artijiet ukoll.

 

Maz-zmien thajru li jiehduhom f’idejhom il-patrijiert Karmelitani Skalzi u fil-21 ta’ Marzu 1927 talbu lis-Superjuri taghhom il-permess li jaccettaw din il-proposta minbarra s-setgha li jaccettaw dak kollu li talbet it-testatrici.  Wara  hafna rikorsi u talb, fit-22 ta’ April 1933 sar il-kuntratt li bih din il-knisja u l-“Palazz”, il-gnien u ambjenti ohra, ghaddew f’idejn dawn il-patrijiet.  Fuq il-kuntratt, li sar ghand in-Nutar Carmelo Farrugia, dehru n-Nobbli Carmela, l-armla tan-Nobbli Ignazio de Marechesi Testaferrata Bonici, u min-naha tal-Kommunita’ Karmelitana deher il-Vigarju Provincjali tas-Semi-Provincja ta’ Malta, Patri Eugenio  u Patri Franco Calleja Gera.  Fis-6 ta’ Awissu 1933, il-Patrijiet dahlu fil-lokal u hemm bdew fondazzjoni gdida msejha l-“Fondazzjoni tas-Silg”

Fit-8 ta’ April 1934 tbierku tliet qniepen godda minn Patri Redent tas-Salib mahdumin mid-ditta Pasquale Marinelli e Figlio ta’ San Albert.

Malli dahlu fil-lokal, il-Patrijiet ghamlu bhala kunvent dan il-palazz, u t-Tlieta 13 ta’ Novembru 1934 ghamlu hawn il-kullegg ghall-Patrijiet Aspiranti.  Fit-28 ta’ Marzu 1937 tqieghdet l-ewwel gebla tal-kunvent il-gdid mill-Vici-Provincjal, Patri Bennard, quddiem ghadd ta’ nies, fosthom id-dixxendenti tad-donatrici, il-Markiz Lorenzo dei Marchesi Testaferrata u l-Markiza Elena.  Il-Perit kien Andrea Micallef ta’ Hal Luqa.

Fit-2 ta’ Ottubru 1939 dan il-kunvent kien lest u nfetah.  Issa kienet bdiet il-gwerra u l-Patrijiet, bil-ligi ta’ l-Emergenza, kellhom icedu dan il-kunvent lill-Kmandant ta’ l-Ingienier.  Izda fl-1 ta’ Gunju 1943 il-Militar okkupa wkoll il-parti l-gdida tal-kunvent.  Fl-20 ta’ Novembru ta’ l-istess sena, il-militar telaq minn dan il-kunvent u tmint ijiem wara l-Patrijiet bierku l-lok mill-gdid u regghu fethuh.
Il-Kappella hija x’aktarx zghira b’koppla f’nofsha u ghandha artal wiehed.  Jinghad li l-kappella li kien hemm qabel giet meqruda bin-nar.  Il-kwadru ewlieni ma sirtx naf min ghamlu imma x’aktarx li sar ghal habta ta' meta saret il-knisja l-gdida.  Hemm vara sabiha tassew tal-Madonna tal-Karmnu li kienet giet regalata mill-knisja tat-Terezjani ta’ Bormla fl-1935.  Saret f’Genova.  Biswitha hemm statwa ohra ta’ Santa Tereza.

 

SAN DUMINKU

Il-knisja ta’ San Duminku, Guspatronat, ittellghet fl-1653 mill-mizzewgin Gakbu Testaferrata u Teodora Bonici.  Fiha altar wiehed.  Giet imbierka mill-Arcidjaknu Genju Testaferrata fit-13 ta’ Ottubru 1653.  Din il-knisja taghmel parti mill-Palazz tal-Marnizi.

 

SAN PAWL

Il-knisja ta’ San Pawl Nawfragu, ta’ Xorb l-Ghagin telghet fis-seklu Tmintax u hi guspatronat.

 

SAN PIETRU

Tmiss mad-dar li kien bena Dun Pietru Busuttil hemm il-kappella sabiha ta’ San Pietru li hi guspatronat.  Din il-kappella bniha wkoll Dun Pietru Busuttil bi flusu fuq id-disinn ta’  Wenzu Gafa’ u tbierket f’ April ta’ l-1862 bhalma turi l-kitba li hemm fuq il-bieb.

Fl-1875, E.Gauci Testaferrata kabbarha, izda wara regghet giet irrangata mill-Architett Professur Dr. Nikola Zammit.  Fid-29 ta’ April, jum San Pietru, f’din il-knisja kien jitbierek iz-zebbug u l-ilma bir-relikwija ta’ San Pietru.  Minnha kienu jitbierku wkoll ic-crieket biex jaghtu l-ghajnuna lin-nisa waqt il-hlas.  Dawn kienu privileggi li jsiru minn din il-knisja.

Sitta mill-familji ta’ Testaferrata, Manduca u Gauci jinsabu midfuna hawn.  Din il-kappella ghandha koppla u tliet altari.  Il-kwadru ewlieni li juri lil San Pietru, Dumnikan Martri, hu xoghol Baskal Buhagiar.  It-tieni wiehed hu dak tar-Redentur u t-tielet hu dak tal-Madonna tal-Karmnu u huwa xoghol Guzepppi D’Arena. L-istatwa ta’ Sant’ Anna ngiebet minn Franza.

 

IL-QALB TA’ GESU

Naqraw il n-Nobbli Margherita dei Conti Manduca bniet minn flusha, fl-1876, il-knisja tal-Qalb ta’ Gesu li qieghda hdejn il-“Kavallerizza”.

 

ISTITUT TA’ GESU NAZZARENU

L-ewwel darba li thajru jifthu dan l-istitut f’Marsaxlokk kien fl-1923 bi ftit bniet.  F’din id-dar, ghaliex ma kenitx ghajr dar, it-tfal kienu jigu mghallma l-iskola d-duttrina u anki snajja’ femminili, bhalma huma xohol tal-bizzilla, rakkmu,hjata u xoghlijiet ohra.

Dawn it-tfal kienu mmexxijin minn xi xebbiet twajba taht il-harsien tal-Kappillan li kien jahsibilhom ghal bosta affarijiet.

Fid-9 ta’ Settembru, 1949 il-Kongregazzjoni Missjunarja ta’ Gesu Nazzarenu fethet dar f’dan ir-rahal fejn kien isir taghlim ta’ l-iskola ghat-tfal ta’ taht il-hames snin.  Fis-7 ta’ Ottubru 1959, il-familja Preziosi tathom bicca art fuq in-naha l-ohra ta’ Marsaxlokk, fejn ftit wara nbniet id-dar il-gdida li llum hi maghrufa bhala “Domus Marie”.  Fit-12 ta’ Settembru 1959, marru joqoghdu fiha.  Fid-29 ta’ Settembru ta’ l-istess sena saret l-ewwel quddiesa u t-tberik tal-kappella ta’ din id-dar mill-eccellenza Tieghu Mons. Isqof E.Galea.

Din id-dar barra milli hi skola sservi wkoll biex isiru fiha rtiri u laqghat ta’ diversi ghaqdiet sew ta’ Marsaxlokk kif ukoll ta’ rhula ohra.  Fis-Sajf imbaghad isservi bhala dar ta’ villeggjatura ghat-tfal u ghas-Sorijiet ta’ l-Istitu tan-Nazzarenu taz-Zejtun li ilhom imorru fiha sa mill-25 ta’ Lulju, 1960 ‘l hawn.

It-titular tal-kappella ta’ dan il-kunvent huwa Marija Addolorata u fiha artal wiehed.  Illum il-gurnata din id-dar qed tintuza wkoll bhala dar tax-xjuh.

 

KAPPILLANI

F’dawn il-mitt sena il-parocca kellha hdax il-Kappillan li huma dawn.

 

L-Ewwel Kappillan :-       Dun Salv Delia miz-Zejtun inhatar 24 ta’ Ottubru 1897

Bejn l-1902 u l-1904 il-Parocca tmexxiet minn tlett vigarji wiehed wara l-iehor.

It-Tieni Kappillan :-       Dun Giuzepp Busutill minn Bormla  inhatar 13 ta’
                                       April 1904 u miet fis-16 ta’ Jannar 1918

It-Tielet Kappillan:-       Dun Rozario Balzan mill-Isla inhatar 16 ta’ Gunju 1918
                                       u sa 17 ta’ Lulju 1925

Ir-Raba Kappillan :-       Dun Salv Gatt minn Haz-Zabbar inhatar fit-18 ta’ April
                                       1926 sa7 ta’ Frar 1953
                                        

Il-Hames Kappillan :-     Dun Pantalon Orland  miz-Zejtun inhatar fit-12 ta’ 
                                       Lulju 1953 sa 10 ta’ Frar 1963
                                         

Is-Sitt Kappillan:-          Dun Lawrenz Mifsud mil-Birgu inhatar 6 ta’ Mejju 1963
                                       sa 19 ta’ Gunju 1964

Is-Seba’ Kappillan:-        Dun Alfred Xwiereb min Hal Lija inhatar fis-7 ta’
                                        Settembru 1964 sa 6 ta’ Jannar 1970

It-Tmin Kappillan:-        Dun Tarcisio min Hal Balzan inhatar fil-25 ta’ 
                                       Jannar1970 sa t-8 ta’ Lulju 1981 

Id-Disa’ Kappillan :-       Dun Mario Tong minn Rahal gdid inhatar 21 ta’ Awissu
                                       1981 sa  l-20 ta’ Marzu 1990

L-Ghaxar Kappillan :-     Dun Giuzepp Mifsud mill-Imsida inhatar fit-12 ta’ Mejju
                                       1990 sa 3 ta’ Marzu 1998

Il-Hdax il-Kappillan :-     Dun Eric Overand min ta’ Sliema inhatar fit-19 ta’
                                        Marzu 1998

 

 

FORTIFIKAZZJONIJIET

Billi dan ir-rahal kien jinsab fin-naha l-aktar miftuha ghal xi attakk mit-Torok, tista’ tghid li f’kull zmien il-Gran Mastri hasbu biex isahhuh billi jibnu fih xi fortifikazzjoni.  U dan kien mehtieg l-ewwelnett biex iharsu hajjiet in-nies li kienu  joqghodu fl-eqreb art(iz-Zejtun) u t-tieni biex bis-sahha taghhom l-Ordni kien ikun mohhu mistrieh li hbit mill-port ta’

Marsaxlokk ma jsirx.  Ghalhekk bnew fih torrijiet u truncieri qawwijin bil-bosta bhalma jurina t-Torri San Lucjan li ghadu f’sahhtu anki sahansitra wara dak li ghadda minnhu.

 

IT-TORRI TA’ SAN LUCJAN

F’nofs il-port ta’ Marsaxlokk johrog, kif ga ghidna, ilsien ta’ art imsejjah Marnizi li fuqu jinsab torri kbir u ta’ sahha.  It-Torri ta’ San Lucjan.

Fi zmien il-hakma tal-Gran Mastru Alofju de Wignacourt kienet tinsab f’Malta certa Katarin is-Sewda, imlaqqma hekk minhabba li kienet Tunezina li waqghet ilsira, imghammda u mizmuma bhala mara qaddisa.  Din Katrin darba qalet lill-konfessur taghha li dehrilha San Gwann u qalilha twissi lill-Gran Mastru sabiex isahhah il-port ta’ Marsaxlokk minhabba l-hbit li kienu se jaghmlu t-Torok fis-sajf.  Il-konfessur taghha dlonk gharraf lill-Isqof Gargallo, izda l-gran Mastru ma tax widen.  Fis-sajf tfaccaw tabilhaqq it-Torok u hekk is-Sultan ra l-ghelt tieghu.
Wignacourt fis ha hsieb u b’digriet tal-Kunsill mizmum fl-1 ta’ Lulju 1610 inbeda dan it-Torri li hu semmih Forti San Lucjan li hu isem tal-qaddis ta’ knisja fi Franza fejn kien ircieva l-maghmudija.
Dan il-forti ghandu ghamla kwadra, u mibni qawwi fuq disinn tajjeb.  (Hawn min jghid li dan hazzu u tellghu Victor Cassar).  Ix-xoghol tal-bini ntemm fl-1611, u l-Gran Mastru Wignacourt mar hemm b’ghadd ta’ Kavalieri fuq ix-xwieni l-Kaptan u l-Padruna, biex ipoggi l-kanuni kollha tal-bronz, minbarra li sahhu sewwa bl-armi u l-munizzjon.  Huwa kien armah b’6 kanuni, ghamillu dejma ta’ l-artellieri u l-Kavalieri.
Fih kellu kappella dedikata lil San Lucjanu izda meta snin wara dan il-forti gie mitluq, il-kawdru ta’ dan il-qaddis waqa’ f’idejn xi hadd li mbaghad hallih lill-knisja ta’ Hal Tarxien.
Il-foss li kien idawru u l-pont tieghu li kien jintrefa’ compel ghamluh tassew qawwi.  Fl-1876 , zmien il-Gvernatur Straubensee, gie rrangat u ntefqet is-somma ta’  Lm9,000.  Il-kwartieri ta’ dan it-torri ta’ sahha, zmien wara, waqa’ f’idejn l-artellieri Maltin.

 

Se mmur ftit lura u nghid xi haga dwar id-dati tal-bini tieghu.  Kwazi kulhadd jaqbel li dan it-torri beda jinbena fl-1610 izda hemm differenza, u din m’hijiex zghira, dwar it-tmiem.  Ahna ghidna li ntemm fl-1611 u ohrajn bhal Braun qalu li sar fl-1711.  Dan ma jistax ikun ghaliex, jekk il-Gran Mastru Wignacourt miet fl-1622, kif qatt seta’ mar jinawgurah jew inkellha jtemmu fl-1711 meta kien ilu mejjet?  Ma narawhiex bi kbira jekk inkunu nafu li daqsxejn ta’ torri dam jinbena sena jekk ahna nkunu nafu li bazikament il-bini tas-swar tal-belt biex saru damu hames snin.

B’digriet mahrug fis-6 ta’ Gunju 1795 dan il-Forti gie msemmi forti Rohan bhalma tghid il-kitba li hemm fuqu: “Il-Kavalieri Kapijiet tal-Milizja tal-Gwerra ghall-gieh tal-Gran Mastru

 

Em. De Rohan, Missier ta’ kulhadd, talli kattar il-fortizzi tal-gzira riedu li dan il-forti mkabbar fl-1795 jissemma Rohan minn isem il-Princep li wisq gid ghamel”
Dan it-torri kbir fl-ahhar gwerra ta sehmu sewwa, izda mbaghad intelaq u twarrab.  Bejn l-1972 u 1973 il-Gvern iddecida li dan il-Forti jinghata attenzjoni u haseb li jghaddih lill-Universita’ sabiex fih jitwaqqaf Laboratorju Bijoloiku.  Ghal dan il-ghan, id-Development Fund tal-Barclays Bank International  ta s-somma ta’ Lm30,000 biex jigi rrangat.  Wara snin ta’ hidma, is-Sibt 31 ta’ Mejju 1975, Dr. Joseph Cassar, Ministru ta’ l-Edukazzjoni inawgura dan il-lokal.

 

IT-TORRI TAL-MARNIZI

Dan it-torri jinsab fuq din l-gholja msejha tax-Xerriek, izda zmien wara bdew isejhulu l-Barumbara ta’ Labert.  Fuq il-bieb tieghu tidher id-data 1719.
Mill-batterija tal-Wilga sa ras Delimara, il-Gran Mastru Zondadari fl-1721 (Baruni isemmi din id-data bhala 1720-22) bena torri li ramah b’zewg kanuni u t-truncieri li kien fihom 56 kanun iehor u hu maghruf bhala t-Torri l-Abjad.

 

IT-TORRI TA’ BETTINA

Dan it-torri li kien jinsab f’Xorb l-Ghagin (illum imwaqqa’) bnieh Pinto fl-1751 u ghammru b’zewg kanuni.  Dan l-istess Gran Mastru li Tefa’ l-energija tieghu kollha ghat-tharis tal-gzira, fl-1761 kompla l-batterija ta’ fuq it-Tumbrell u pogga fuqha ghaxar kanuni.  Dan ix-xoghol sar kollu mill Inginier Burlemach fuq id-disinn u taht  id-direzzjoni tieghu.

Tista’ tghid li ghalhekk ahna tajna n-numru ta’ kanuni li kienu jiddefendu dawn il-fortizzi, ghax illum ma fadal xejn minnhom ghaliex kienu gew zarmati u bosta minnhom iggarrfu h hekk intilfu ghal dejjem.
Minbarra dawn li semmejna, li kienu gew mibnija mill-Ordni, insibu wkoll ohrajn li saru fi zmien l-Inglizi.  Fuq il-peninsula ta’ Delimara kienu saru tliet fortizzi godda, tliet opri ewlenin, li swew bosta flus lid-dipartiment tal-gwerra.

 

FORTI DELIMARA

L-ewwel wahda li nsibu hi dik ta’ Delimara li hi famuza hafna u saret fl-1880.  Damet issir hames snin u keinet lesta ghal kollox fid-data li semmejna.  Kellha l-pont rolling, imghammra b’sitt kanuni u swiet Lm18,000.  Din il-fortizza sabiha toffri ghaxar ambrezuri.

 

TAS-SILG

It-tieni fortizza li hemm hi dik imsejha Tas-Silg, ftit il-boghod mill-knisja li ggib l-istess isem.  Ix-xoghol taghha ntemm fl-1883 u kellha jharsuha erba’ kanuni.

 

SAN PAWL

Din hi l-ahhar batterija li nsibu fuq din il-peninsula li saret fl-1843.  Kellha zewg kanuni.

 

IL-KAVALLERIZZA

Mhux il-boghod minn dan it-Torri, l-Gran Mastru Alofio Wignacourt kien bena bicca bini fejn jinzammu z-zwiemel tal-Kavallerija.
Gann Frangisk Abela jghidilna li l-Kavallerizza nbniet fi zmien il-Gran Mastru Alofio Wignacourt bhala skola ghar-rkib taz-zwiemel, u dan ghandna nifhmu biex jigu mharrga l-kavalieri.
Dun Loreto Zammit igharrafna li fiha gnien sabih u qabel kien iservi ghat-tahrig.  Wara dan il-bini, kien hemm bicca bitha msaqqfa b’ghadd sew ta’ mrabat imwahhlin mal-hajt u dan jindika li kienet stalla taz-zwiemel. 
Matul il-gwerra l-Kbira l-Kavallerizza ttiehdet mill-Militar u saret Mess ta’ l-Ufficjali waqt li matul l-Ahhar Gwerra saret Kwartieri generali tar-regiment tal-R.A.F.  Wara l-Gwerra dan il-post gie zdingat, mitluq ghal ruhu, u waqa’ f’hafna livelli baxxi.

 

Il-PALAZZ MARNIZI

Fuq l-istess art li fuqha hu mibni l-Forti San Lucjanu, naraw Palazz sabih.  Ugolinu Bonnici fl-1551 kien xtara dawk l-inhawi.  Fil-faccata hemm kitba bil-Latin li tghid hekk :-  “Fis-Saltna tal-Gran Mastru Lascaris, Princep l-iktar religjuz, Gakbu Testaferrata De Robertis U.I.D. fil-ghalqa Marnizi, mixtrija 100 sena ilu minn Ugolinu Bonnici, iz-zijau ta’ martu Teodara, fejn darba l-gganti waqqfu bini tal-ghageb u l-antiki pagani mhux fil-boghod minnha u quddiemha bnew il-famuz tempju ta’ Erkole, minhabba l-gmiel tas-sema u s-sbuhija tal-bahar u tal-port, bena din il-villa fid-29 ta’ Ottubru fis-sena 1650”

Ma’ dan il-Palazz hemm il-knisja ckejkna ta’ San Duminku.

 

LANTERNA

Din saret fuq ras Delimara fl-1853 li minn fanal ta’ 150 pied gholi kienet taghti dawl amar fiss li jidher minn 15-il mil boghod.  Zmien hafna wara sar idur kull nofs minuta biex jaghti dawl daqqa ahmar u ohra abjad.  Din kienet it-tieni lanterna li saret f’ Malta zmien il-Gvernatur O’Farrel.

 

THERMAE RUMAN

Fl-1 ta’ Marzu 1932, waqt it-tnehhija tat-trab fit-Triq tax-Xatt ghall- bini li kellu x’ jaqsam ma’ l-iIstazzjon ta’ l-Ajru, sabu ghadd ta’ blokki tal-gebel, f’ madwar 100 jarda lejn in-nofsinhar tat-“Torri tal-Pont”.
Il-lok gie mifli dakinhar stess.  Fil-11 ta’ l-istess xahar kien beda jinkixef hajt tas-sejjiegh qrib it-triq met nkixfu wkoll zewg qighan miksija bil-madum.  Wara li twarrab 15 il-pied ta’ trab, instab il-fdal ta’ hypocaust kein qieghedf’wisgha tawwali, u kien ikejjel 9 piedi djametru mdawwar b’gebel kbir 3 piedi gholi.  Fuq in-naha tat-tramuntana tal- hypocaust kien hemm moghdija dejqa miksija bil-madum li originarjament kienet imsaqqfa.   Moghdija bil-qiegha miksija bil-madum ileqq, kellha d-direzzjoni taghha tat-tramuntana paralelli mat-triq ghal madwar 3 piedi u tintilef that it-triq ta’ Strada Cavallerizza.

 

Il-fliegu ta’ l-ilma, maqtugh fil-blat u mghotti bix-xorok, kien jiehu fid-direzzjoni tal-forn.  Bhala prova thaffru xi trinek fl-eghlieqi li jmissu maghha lejn in-nofsinhar izda hlief xi sisien ma nstabux.  F’wiehed minn dawn it-trinek  instabet biss skudella b’zewg widnejn tal-fuhhar.  Instabu tliet muniti tar-ram Rumani, li tnejn minnhom ma jinqrawx.  It-tielet wahda kienet munita Maltija bil-kitba Griega Melitaion.  Ftit ‘l isfel kellha ras ta’ mara (Hera?) thares lejn il-lemin bil-velu u l-kuruna.  Fuq wara kellha s-siggu kurali b’din il-kitba:- C.Arruntanus Balb. Propr.   Din il-munita kienet ta’ bejn wiehed u iehor tal-35jew 27 sena Q.K.  Instab bhal musmar tar-ram flimkien ma’ fdal ta’ oggetti ohra tar-ram.  Dan il-bini jidher li hu xoghol tat-tieni Seklu W.K.  Din kienet dar Rumana flimkien ma’ thermal baths .   Din hija t-tielet dar Rumana li kellha l-banjijiet tal-mishun, misjuba fil-gzejjer taghna.

 

LOGGA

Fis-sena 1876 ittelghet bhala loffa sabiex tahtha n-nisa jkunu jistghu jahslu l-hwejjeg that l-ghajn.  Din il-ghajn swiet Lm20.

 

TEMPJI  F’MARSAXLOKK

 

IT-TEMPJU TA’ GUNO

Ghall-bidu ta’ Novembru 1963, gemgha ta’ arkeologisti tal-Missione Archaeologica Italiana skavaw f’Tas-Silg dak li hu mahsub Tempju ta’ Guno misthajjel li kien fil-lok fejn illum hemm Sant’ Anglu fil-Port il-Kbir.  Fih instab fuhhar u bosta oggetti siewja.

Fi tmiem ir-raba’ jew fil-bidu tas-seklu hamsa kienet inbniet bazilika paleokristjana fin-naha centrali ta’ dan it-tempju.  Gewwa l-bazilika, il-prisbiterju, li kien inbena ghadd ta’ drabi, kien mistrieh direttament fuq il-qiegha bla ma kellu sies, u kien mibni fuq materjal qadim li nkluda kitba punika importanti.

Dan kollu sar minhabba l-hbit ta’ l-Gharab li habtu u harbtu l-gzira ghadd ta’ drabi u harqu kull ma sabu.  Fis-seklu tnax qalbhom kienu nbnew xi bini fqajjar Gharbi u anki l-bini ta’ Moskea fil-battisterju.  L-Insara ma regghux bnew il-bazilika li giet profanata mill-Misilmin ghalkemm il-Misilmin okkupaw biss il-battisterju.  L-Insara qiesu li din kienet konsagrata sakemm saru artali u nghad quddies fil-battisterju.

Fl-1966 rega’ beda t-thaffir mill-istess gemgha, u hawn gie maqtugh li din in-naha kien ighodd mill-prejistoriku sa l-Gharb.  Hawn instabu flus tal-Kavalieri,  Rumani, fuhhar, oggetti tal-bronz u kitba votiva dedikati lil Astarte u Tanti.

 

STAZZJON NEOLITIKU F’XORB L-GHAGIN

Bil-ghajnuna ta’ Dr. A. V. Laferla fl-1914 gie mifli l-fdal megalitiku ta’ stazzjon neolitiku fit-truf ta’ l-irdum lejn in-nofsinhar tal-Munxar.  Fih instab bosta fuhhar.

 

QABAR PUNIKU

Fil-lok maghruf bhala l-Marnizi, f’ghalqa jsejhulha “Il-Bur ta’ Ghonq il-Garra”, instab qabar puniku.  Fis-7 ta’ Novembru, 1927 bidwi sab qabar b’kumbinazzjoni.  Il-lok gie spezzjonat dakinhar stess izda nstabli l-futur ittiehed f’ghorfa li wara gie moghti lill-Muzew mill-bidwi.